“Għandna bżonn l-għajnuna tagħkom!” … Appell biex tinstab anzjana li tbati bid-dimenzja

    Fuq il-midja soċjali fl-aħħar ħin beda jiċċirkola appell biex tinstab anzjana li tbati bid-dimenzja. Il-messaġġ kien ippubblikat minn wieħed mill-qraba tal-anzjana.

    Il-mara, residenti San Ġwann, jidher li ħarġet mid-dar aktar kmieni matul il-ġurnata u baqgħet ma rritornatx lura. Hija kienet liebsa qalziet iswed u flokk blu.

    Kull min ikollu xi informazzjoni mitlub jagħmel kuntatt mal-qarib tal-mara.