Merkel titkellem dwar il-“mistħija” li tħoss fl-ewwel żjara tagħha f'Auschwitz

    Hekk kif iltaqgħet ma’ persuni li ħelsuha mill-mewt f’Auschwitz waqt li l-ewwel żjara tagħha fil-kap ta’ konċentrament, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel tkellemt dwar il-“mistħija kbira” li hija tħoss bħala Ġermaniża.

    Merkel aktar kmieni llum żaret għall-ewwel darba l-kamp ta’ konċentrament f’dawn l-aħħar 14-il sena kemm ilha tmexxi lill-Ġermanja. Iż-żjara tagħha żvolġiet fost sentiment jikber anti-semitiku fil-Ġermanja, biż-żjara jkollha l-għan li sservi bħala sinjal b’saħħtu fil-ġlieda kontra din il-forma ta’ mibegħda razzjali.

    “Mhuwiex faċli li ninsab hawn bil-wieqfa quddimkom. Inħossni mimlija b’mistħija fid-dawl tar-reati barbariċi li twettqu mill-poplu Ġermaniż. Reati li ma tistax tiddeskrivi,” hija saħqet.

    Merkel emfasizzat li Auschwitz kien kamp ta’ konċentrament Ġermaniż, u żiedet tgħid li “huwa importanti li nidentifikaw min kien ħati ta’ dan kollu, aħna l-poplu Ġermaniż irridu għandna l-obbligu li nagħmlu lill-vittmi, u għalina nfusna.”