Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f'Birkirkara

    Raġel indarab serjament wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Notabile f’Birkirkara.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Pollakk ta’ 36 sena residenti l-Gżira għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq u ħabat f’barrier.

    Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lis-sewwieqa sakemm aktar tard seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

    L-investigazzjinijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.