Jikser ir-rekord personali tiegħu ... jilħaq veloċità ta' 85.06 mil fis-siegħa

    Richard Browning irnexxielu jikser ir-rekord tiegħu personali wara li kien irnexxielu jnaqqax ismu fl-istorja fl-2017. Browning ma kienx kuntent bir-rekord li kien kiseb fl-2017 wara li rnexxielu jikseb veloċità ta’ 32.02 mil fis-siegħa.

    Il-fundatur ta’ teknoloġiji marbutin mal-industrija tal-gravità xtaq li juri l-avvanz li kien irnexxielu jikseb f’dawn l-aħħar xhur billi jirdoppja dik il-veloċità. Mhux talli rnexxielu jikseb dan ir-riżultat, talli fl-aħħar ħin huwa rnexxielu jivvjaġġa b’veloċità rekord ta’ 85.06 mil fis-siegħa.

    Aktar tard huwa ġie ppreżentat biċ-ċertifikat li se jkun qiegħed jimmarka r-rekord ġdid tiegħu fil-Guinness World Records.