Andrea Cistana kuntent bis-sejħa ta’ Mancini

    Id-difensur ta’ Brescia, Andrea Cistana, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-coach tat-team nazzjonali Taljan Roberto Mancini għajjatlu sabiex jifforma parti mill-iskwadra għal-logħbiet finali ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2020 li huma se jilagħbu kontra l-Bosnja u l-Armenja.

    Cistana, li għad għandu biss 22 sena, qal li jinsab kburi li se jkun qed jirrapreżenta lil pajjiżu u qed iħoss emozzjonijiet kbar fl-ewwel sigħat ta’ taħriġ, f’Coverciano.

    Cistana qal li wara tliet staġuni jilgħab fid-diviżjonijiet inferjuri, din is-sena waslet il-promozzjoni ma’ Brescia u l-fatt li qed jilgħab fl-ogħla kampjonat Taljan qed jgħinu sabiex jiżviluppa dejjem aktar il-ħiliet tiegħu f’dan l-isport. Huwa wiegħed li se jkun qed jagħti l-aqwa tiegħu sabiex jibqa’ jkun imsejjaħ fil-futur ukoll.