Tiftakruhom il-proprjetajiet għall-bejgħ għall-prezz ta' €1? Koppja li xtraw jgħidu li sodisfatti ħafna bl-akkwist!

    Żgur li ħafna jiftakru l-artijiet jew residenzi li ftit tax-xhur ilu feġġew għal bejgħ fi Sqallija. Mhux għax kienu għall-bejgħ, iżda għax il-prezz li kien qiegħed jintalab tagħhom kien redikolu b’postijiet jibdew minn €1 biss. Ftit aktar minn sena wara koppja li tkellmet ma’ CNN ikkonfermat kemm huma kuntent bid-dar li xtraw. 

    Morgane Guihot u żewġha minn Nantes fi Franza kienu minn ta’ quddiem li akkwistaw dar fir-raħal ta’ Mussomeli fi Sqallija. Il-koppja spjegaw kif minħabba l-professjonijiet tagħhom huma ftit li xejn nefqu biex jagħtu dawra kif jixirqilha lil din id-dar li kienu xtraw. Bħalissa l-koppja qegħdin jippjanaw li jużaw din id-dar biex iqattgħu l-vaganzi tal-Milied u s-Sajf flimkien maż-żewġ uliedhom.  Huma komplew jispjegaw dwar il-kumdità li joffri dan il-post u li hemm ħafna faċilitajiet biex wieħed jixtri l-bżonnijiet minħabba ħwienet fil-qrib.

    Lejn tmiem l-intervista tagħhom huma qalu li tant huma kuntenti hemmhekk li ma jeskludux li ladarba jirtiraw, imorru joqogħdu hemm għalkollox.