Eugenio Corini jfaħħar lil Sandro Tonali

    F’konferenzastampa li ta qabelil-partita  li Brescia lagħbu f’darhom kontra Fiorentina, tkellem il-coach Eugenio Corini li rrefera għas-sejħa li l-player tiegħu Sandro Tonali kellu mat-team nazzjonali Taljan mill-coach Roberto Mancini.

    Corini qal li dan il-player ħaqqu li jiġi msejjaħ għax apparti li qed juri maturitá kbira, qed itejjeb ferm il-logħob tiegħu. Corini laqqam lil dan il-player bħala mutur f’nofs il-ground u iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar se jkompli jtejjeb il-wirjiet tiegħu.

    Corini qal li jinsab kuntent li għandu player b’mentalitá professjonali bħal Tonali.

    Infatti kien Tonali stess li skorja kontra Fiorentina fid-draw ta’ 0-0 iżda l-goal tiegħu ma ġiex konvalidat minħabba li fil-proċess meta sabu x-xibka avversarja kien hemm handsball li ġie verifikat mill-VAR.