Arkadiusz Milik jerġa’ jiġi f’tiegħu?

    Il-coach ta’ Napoli, Carlo Ancelotti, faħħar il-wirja tal-attakkant Pollakk, Arkadiusz Milik, li skorja doppjetta fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Verona.

    Milik kien taħt kritika kontinwa minħabba n-nuqqas ta’ goals. Iżda fi ftit jiem huwa skorja wkoll għal pajjiżu fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2020.

    Il-coach Naplitan qal: “Qatt ma kelli dubju fuq Milik iżda kull player jgħaddi minn ftit kriżi. Peró issa jidher li se jaqbad il-forma solita tiegħu u din se tgħin lit-team biex jilħaq l-obbjettivi tiegħu.”

    Min-naħa tal-Paretnopei, iridu jġeddu l-kuntratt ta’ dan il-player ta’ 26 sena ... u fil-jiem li ġejjin id-direttur sportiv Cristiano Giuntoli mistenni jinnegozja dan il-ftehim.