Il-PL: “Id-diskors ta’ Adrian Delia kien wieħed negattiv, b’lemħiet xenofobiċi u maqtugħ mir-realtà”

    “Id-diskors ta’ Adrian Delia kien wieħed negattiv, b’lemħiet xenofobiċi u maqtugħ mir-realtà li qed jgħixu l-familji Maltin u Għawdxin.” Hekk qal il-Partit Laburista b'reazzjoni għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia dwar il-baġit.

    Il-Partit Laburista tenna li l-fatt li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel dak kollu li seta’ biex jinjora baġit li ta l-akbar żieda lill-pensjonanti fl-aħħar 40 sena, li żied ġurnata oħra leave u kompla naqqas it-taxxa lil ħaddiema, u li ħa mizuri bla preċedent dwar il-klima, juri li Delia jiddejjaq jitkellem dwar dan kollu u jippreferi jibqa’ negattiv bħal ta’ qablu.