Titħabbar il-mewt tal-attur Robert Forster

    Tħabbret il-mewt tal-attur Robert Forster li miet f’Los Angeles fl-età ta’ 78 sena.

    Forster kien magħruf l-aktar għall-irwoli tiegħu fis-serje televiżivi Breaking Bad, Twin Peaks u Mulholland Drive. L-attur kien nominat għal Oscar għar-rwol tiegħu fil-film ta’ Quentin Tarantino, Jackie Brown.

    Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm Samuel L Jackson u Pam Grier.