Roma qed isegwu lil Elseid Hysaj

    Roma qed isegwu l-progress tad-difensur lemini ta’ Napoli, Elseid Hysaj. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u ilu mal-Partenopei sa mis-sena 2015 fejn s’issa lagħab 134 partita.

    Minħabba li Roma għandhom diversi players imweġġgħin, il-coach Paulo Fonseca nforma lill-ogħla awtoritajiet tal-club li hemm bżonn ta’ difensur ġdid u identifika lill-player Albaniż bħala s-soluzzjoni ideali.

    Min-naħa tagħhom il-Partenopei qed jitolbu s-somma ta’ €20 miljun għal Hysaj li tidher wisq għalja għad-diriġenti mill-belt kapitali Taljana. Il-kuntratt ta’ dan il-plejer se jiskadi fis-sena 2021 bil-president Aurelio de Laurentis jinsab lest li jbiegħu sabiex jevita li jispiċċa aġent ħieles.

    Sadanittant Roma qed jitkellmu ma’ Chelsea fuq il-possibbiltá li Davide Zappacosta jmur lura Londra minħabba li l-injury li għandu fadlilha ħafna biex tfieq.