Suso u Hernandez jirringrazzjaw lil Giampaolo

    Jidher li minkejja li Marco Giampaolo tkeċċa minn coach ta’ Milan, huwa kellu relazzjoni tajba mal-plejers. Xhieda ta’ dan kien il-messaġġ li l-players Theo Hernandez u Suso ppubblikaw fuq il-profil tagħhom ta’ Instragram.

    “Grazzi ta’ kollox coach. Napprezzaw dak li għamilt għalina minkejja li r-riżultati ma ġewx. Nawgurawlek ħafna xorti tajba għall-futur.”

    Dawn kienu kelmtejn li ġew innotati mill-kritiċi tal-football Taljan li qalu li l-lat uman tal-players deher lejn dan il-coach li minkejja kollox ma rnexxilux ikun effettiv fl-ewwel xhur tiegħu fit-tmun tar-Rossoneri.

    Is-suċċessur tiegħu Stefano Pioli beda l-avventura tiegħu ma’ Milan fejn kellu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ mal-players.