L-Air Malta tinvestiga: 12-il bdot minn 24 b’leave tal-mard f’ġurnata waħda

    Nofs il-bdoti tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru Air Malta qegħdin fuq leave tal-mard. Dan wassal biex il-kumpanija qed investiga din is-sitwazzjoni, peress li din taffeta l-operat tla-kumpanija. Kien il-Ministru Konrad Mizzi li qal dan wara li l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ġabet ajruplan ġdid ieħor tat-tip Airbus A32Oneo. Il-Ministru Mizzi qal li lbieraħ kien hemm 12-il pilota b’leave tal-mard.

    Intant l-ajruplan il-ġdid tat-tip Airbus A32Oneo huwa t-tieni ajruplan ġdid għall-Air Malta dan is-sajf wara li fi ftit tal-ġimgħat ilu kien wasal ajruplan ieħor ta’ dan it-tip. Issa l-kumpanija nazzjonali Air Malta għandha tlett Airbus A320neo. Il-Ministru Mizzi ħabbar ukoll li din is-sena, l-Air Malta se terġa’ tagħmel profitt.

    Irid jingħad li l-Air Malta s-sena li għaddiet bdiet pjan ta’ investiment f’ajruplani aktar ekonomiċi u li jħammġu ferm inqas l-ambjent. Dan qed isir billi jinbidlu l-ajruplani kollha tal-Air Malta fuq perjodu ta’ ħames snin.

    Preżenti għall-wasla tal-ajruplan kien hemm il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi li esprima s-sodisfazzjon tiegħu u fakkar fil-viżjoni tal-Air Malta li tibda lejn destinazzjonijiet barra mill-Ewropa. Fil-fatt ħabbar li tul is-sena li ġejja minbarra l-wasla ta’ aktar ajruplani A320neo, l-Air Malta qed timmira li jkollha l-ewwel Airbus A321XLR li kapaċi jtir lejn destinazzjonijiet iktar imbiegħda minn pajjiżna.

    II-Ministru Konrad Mizzi imma irrimarka li jista’ jseħħ biss billi jkun hemm il-ftehmiet kollettivi kollha mal-unjins.

    Hawnhekk appella lill-unjin tal-bdoti biex tiġi madwar il-mejda u tilħaq ftehim. Spjega li t-talba tal-ALPA għal garanziji ta’ rtirar kmieni ta’ €700,000 għal kull pilot ma tistax tiġi aċċettata minħabba regoli tal-għajnuna statali.

    Spjega li jekk l-ALPA ma tilħaqx ftehim, il-gvern se jesplora possibilitajiet li titjiriet ‘il barra mill-Ewropa jkunu operati minn kumpaniji oħra.