Il-goalkeeper ta’ Curacao, Pieter, imut fil-lukanda

    Il-goalkeeper ta’ Curacao, Jarzinho Pieter, miet ġurnata qabel ma t-team tiegħu kien se jilgħab kontra Haiti, qalet l-għaqda li tmexxi l-football fl-Amerika ta’ Fuq u l-Karibew, il-CONCACAF.

    Pieter miet ta’ 31 sena fil-lukanda tat-team f’Port-au-Prince, Haiti, nhar it-Tnejn li għadda.

    Il-players iddeċidew li jilagħbu l-logħba tal-CONCACAF Nations League “b’rispett omaġġ” lil Pieter, li kien lagħab 12-il darba għall-gżira tal-Karibbew.

    Qabel il-logħba tat-Tlieta, li ntemmet fi draw ta’ 1-1, inżammet minuta silenzju kif ukoll qabel kull logħba li saret mill-istess kompetizzjoni.

    L-iskwadra ta’ Curacao tinkludi lil Leandro Bacuna ta’ Cardiff City u ħuh iżgħar minnu, Juninho, ta’ Huddersfield Town, kif ukoll lill-koppja ta’ Oldham Athletic, Zeus de la Paz u Gevaro Nepomuceno.

    Bacuna sellem lill-ħabib u kollega tiegħu fuq Instagram meta fissru li għandu “qalb sabiħa” u “ħija minn omm oħra”.