“Il-push-back policy mhix għażla” - UNHCR

    L-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda dwar ir-Refuġjati, UNHCR qalet li l-push back policy (li l-immigranti jintbgħatu lura minn fejn ikunu telqu), mhix għażla għal Malta.

    “F'din is-sitwazzjoni huwa evidenti li li wieħed jibgħat l-immigranti lura bil-forza jew il-push back policy lejn il-Libja mhix għażla, hekk kif dan ikun ifisser li wieħed imur kontra l-liġijiet internazzjonali,” qal Jon Hoisaeter, Rappreżentant ta' UNHCR f'Malta.

    L-UNHCR Malta fi stqarrija rreferew għal 290 immigrant li daħlu bejn ilbieraħ u dalgħodu u qalu li s-sitwazzjoni fil-Libja għal dawk li qed ifittxu ażil hija waħda mwiegħra. Il-UNHCR qalet li hemm numru ta' rapporti li jiddiskrievi dawk li jgħaddu minnhom il-barranin fil-Libja tant li jkunu l-ħin kollu f'riskju ta' esplojtazzjoni, arrest u detenzjoni indefinita.

    Huma qalu li se jibqgħu jaħdmu f'Malta biex jiffaċilitaw soluzzjoni fit-tul. Huma qalu li se jkun hemm bżonn taħlita ta' soluzzjonijiet fosthom integrazzjoni lokali, li tingħata relokazzjoni u ritorn lil dawk li m'għandhomx bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. Il-UNHCR fl-istqarrija qalu wkoll li huma lesti li jappoġġjaw lill-Gven il-ġdid biex jindirizza din il-sitwazzjoni b'mod kompressiv.