ĦAMES SNIN MIT-TRAĠEDJA TAS-SIMSHAR

    L-għodwa tas-7 ta’ Lulju 2008. Bilkemm għadu sebaħ u fil-port ta’ Marsaxlokk hemm skiet perfett. Skiet li jinkiser biss bil-ħoss ta’ bastiment tas-sajd iqabbad il-magna u jsalpa bil-mod. Żgur li ħadd mill-ħames persuni abbord dak il-bastiment ma jobsor li erbgħa minnhom qatt ma se jerġgħu jaraw dak il-port...

    Iżda hekk kellu jkun. Ftit tal-jiem wara, Malta kollha nħasdet bit-traġedja tas-Simshar u bkiet lill-erba’ vittmi, fosthom tifel ta’ ħdax-il sena li kien qed jakkumpanja lil missieru u nannuh fuq dik is-sajda. Illum qed infakkru l-ħames anniversarju minn dik id-diżgrazzja, li dwarha ntqal ħafna u li għadha ġġorr magħha bosta misteri.

    Ma xtaqniex nidħlu fil-mertu ta’ min għandu r-raġun jew it-tort, jekk wara kollox hemm min għandu raġun jew tort. Xtaqna biss infakkrukom x’ġara dakinhar u ntarrfulkom ftit ukoll dwar dak li qed jiġri issa. Għax it-traġedja tas-Simshar, bil-weġgħat kbar li ġabet magħha, tant laqtet nies fil-laħam il-ħaj li saħansitra wasslet biex jinħadem film imnebbaħ minnha...

    Agħfas hawn biex taqra l-artikli, fosthom l-intervista ma' Simon Bugeja