George Lucas se jirċievi l-Midalja Nazzjonali tal-Arti

    Id-direttur tal-films “Star Wars” George Lucas se jiġi onorat bil-Midalja Nazzjonali tal-Arti f’ċerimonja li mistennija tiġi mtella’ fil-White House l-ġimgħa d-dieħla.

    Lucas, li llum għandu 69 sena huwa wieħed minn 12-il persuna oħrajn rikonoxxuti għall-kontribuzzjonijiet kulturali fl-Istati Unit ital-Amerika.

    Il-White House faħħret lid-direttur talli “qabbel l-arti tal-istorja ma’ immaġinazzjoni mgħejuna minn teknika elettronika u viżwali”.

    Il-President Amerikan Barack Obama se jagħti dawn il-midalji lill-persuni rispettivi nhar l-Erbgħa li ġej.

    “Is-Sur Lucas qabadna u ttrasportana lejn dinjiet ġodda fejn ħoloq uħud mill-isbaħ films ikoniċi ta’ kull żmien,” żiedet tgħid il-White House.