Riedu juru ċ-ċrieket tat-tieġ… l-għarus spiċċa mgħajjar minħabba l-ħmieġ taħt id-dwiefer

    Filwaqt li kulħadd jipprova jidher l-aqwa possibbli għall-ġurnata tat-tieġ, dan ma kienx il-każ tar-raġel li qed nuru r-ritratt ta’ idejh. 

    L-inqas ħaġa f’okkażjoni daqstant importanti hi li tinħasel u li taħsel idejk. Għalhekk kienu bosta dawk li tellgħu dan ir-ritratt fuq sit soċjali biex juru kemm dan ir-raġel ma jistħix, tant li mar għat-tieġ b’duffrejh bil-ħmieġ. 

    F’dan il-grupp suppost kienu qegħdin juru kemm huma sbieħ iċ-ċrieket tal-koppja, iżda d-djamanti spiċċaw kompletament minsijin minħabba l-ħmieġ taħt id-dwiefer tal-għarus. 

    Kien hemm min ma setax jemmen u staqsa jekk l-għarus tal-inqas inħasilx.