Sitt xhur ħabs talli kellu dokument falz

    Ġuvni ta' 20 sena mill-Mali kien ikkundannat sitt xhur ħabs wara li ammetta li kien fil-pussess ta' dokument falz.

    Bourama Keita ammetta li fis-17 ta' Awwissu, u fix-xhur ta' qabel, kelluf il-pussess tiegħu passaport iffalsifikat.

    Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech fejn waqt li ammetta talab skuża u wiegħed li ma jagħmilx reat ieħor.

    Il-prosekuzzjoni fil-konfront tiegħu tmexxiet mill-Ispettur Lara Butters waqt li għalih dehret l-Avukat Fransina Abela.