Ivan Perisic jingħaqad ma’ Bayern Munich

    Il-midfielder internazzjonali Kroat ta’ Inter, Ivan Perisic, ingħaqad ma’ Bayern Munich b’self għal sena b’għażla għal kuntratt permanenti.

    Il-Bavarjani ffirmaw lil dan il-player ta’ 30 sena wara li naqsu milli jakkwistaw lil Callum Hudson-Odoi mingħand Chelsea u Leroy Sane mingħand Manchester City.

    Perisic għandu esperjenza tal-Bundesliga meta lagħab għal Borussia Dortmund bejn l-2011 u l-2013 u għal Wolfsburg bejn l-2013 u l-2015 qabel ma ngħaqad ma’ Inter.