Raġel jindarab serjament wara li jsofri ħruq f'residenza fil-Fgura

    Raġel ta’ 27 sena minn Ħal Tarxien sofra ġrieħi ta’ natura serja wara li sofra ħruq waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.15 a.m. fi Triq San Tumas.

    Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.

    Bil-każ ġie informat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.