Aktar spazju vojt għall-pubbliku fuq il-Bajja tal-Għadira … Il-Ministru Mizzi jgħid li ntlaħaq ftehim mal-operaturi tad-deckchairs

    Il-pubbliku se jkollu aktar spazju vojt allokat fuq il-Bajja tal-Għadira. Hekk qal il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi permezz ta’ tweet.

    Filwaqt li qal li ntlaħaq ftehim mal-operaturi tad-deckchairs fuq il-bajja, il-Ministru Mizzi saħaq li dan il-ftehim se jkun qed jidħol fis-seħħ matul din il-ġimgħa.

    Fil-jiem li għaddew il-Ministru Mizzi saħaq li kien se jikkommetti ruħu li jagħmel minn kollox biex il-bajja tal-Għadira terġa’ ssir bajja li fiha l-familji jkunu jistgħu jmorru jgħumu mingħajr ma jkunu meħtieġa jidħlu fi spejjeż żejda.

    Dan wara li tenna li minn investigazzjoni ħareġ li fl-2013, tmint ijiem biss qabel l-elezzjoni ġenerali, l-eks-Ministru Nazzjonalistsa Jason Azzopardi kien għadda konċessjoni lill-operaturi li jistgħu jifirixu kemm iridu umbrelel u deckchairs fuq din il-bajja għal 15-il sena sħaħ.