Gareth Bale barra ... Paul Pogba ġewwa?

    Real Madrid ħabbru li jirdu jbiegħu lil Gareth Bale qabel ma’ jkunu jistgħu jagħmlu offerta uffiċjali għall-midfielder internazzjonali Franċiż ta’ Manchester United, Paul Pogba.

    Jidher li Pogba se jkollu l-istess salarju ta’ Bale, dak ta’ €667,000 fil-gimgħa, b’Real ikollhom iħallsu €166 miljun għall-firma tiegħu.

    Il-Los Blancos qed jippruvaw ibiegħu wkoll lil James Rodriguez għalkemm jidher li m’hemm l-ebda klabb li jrid iħallas €50 miljun għall-attakkant Kolombjan.