Illum ser jitressaq il-Qorti r-raġel akkużat b’hold-up fil-Gżira

    Għall-ħabta tal-11 a.m ser jitressaq il-Qorti ir-raġel akkużat b’attentat ta’ hold-up f’ħanut fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira.

    Il-każ seħħ it-Tnejn li għadda, fejn il-pulizija tal-RIU irnexxielhom jidħlu armati fl-istabbiliment u arrestaw lir-raġel fil-pront waqt is-serqa.

    Ftit tal-jiem ilu woods, waqt li kien qed ikun miżmum f’Mount Carmel, jidher li tkellem dwar dak li kien l-omiċidju ta’ Charlene Farrugia, tfajla ta’ 25 sena li għebet 11 -il sena ilu. Il-fdalijiet tagħha nstabu f’Għar fil-Belt Valletta nhar is-Sibt li għadda.