[FILMAT] Ara l-ġostra tradizzjonali fl-Imsida

    Il-festa ta’ San Ġużepp fl-Imsida laħqet il-qofol tagħha hekk kif folla ġmiela ta’ nies inġabret biex issegwi l-ġostra tradizzjonali.

    Il-ġostra tinvolvi d-dimostrazzjoni ta’ ħeffa, bilanċ u l-abbiltà tal-parteċipant li jirnexxilu jitla’ mal-arblu mdellek bix-xaħam u jaħtaf il-bandiera fit-tarf tiegħu mingħajr ma jaqa’. Logħba li toffri spettaklu mhux biss għar-residenti tal-lokal iżda wkoll għal ħafna Maltin u anke turisti li ta’ kull sena jassistu bi ħġarhom għall-iżvolġiment tagħha.