Is-sejbien tal-ġiżirana tal-fidda li l-vittma kienet liebsa dakinhar li kienet rapportata nieqsa se tkun fundamentali

    Inewsmalta hija informata li kien miżmum mill-Pulizija wara li nqabad jisraq li informahom li ried jitkellem dwar il-każ tal-għajbien ta’ Charlene. Fil-fatt wara li stqarr mal-Pulizija x’ġara, hu anke ħadhom f’post fil-Belt fejn kien ħeba l-katavru. Dan kien moħbi ġo diversi boroż. Sorsi qrib il-Pulizija kkonfermaw li partijiet minn dawk li nstabu huma s-saqajn.

    Inewsmalta hi infurmata wkoll li dakinhar li għebet Charlene, hi kellha ġiżirana ma’ għonqha b’salib kbir tal-fidda. Mill-ewwel indaġini tal-investigaturi jidher li din kienet għadha ma nstabitx. Mhux magħruf jekk ir-raġel arrestat tax dettalji ta’ x’kien ġara din il-ġiżirana u affarijiet oħra li kellha fuqha l-vittma. Jidher li r-raġel ta dettalji mill-aktar ċari ta’ x’ġara biex seħħ dan l-omiċidju.

    Il-post fejn instabu l-fdalijiet tal-mara jinsabu fuq in-naħa ta’ wara tal-lukanda Phoenicia u l-grawnd tas-Salinos. Hi kienet moħbija sew f’żona pjuttost mitluqa.

    Charlene, minn San Pawl il-Baħar, kienet irrapportata nieqsa fl-2008 u dakinhar kellha 25 sena.