“Mill-2013 ‘l hawn l-aġenziji ta’ kreditu dejjem tejbu r-rating ta’ Malta“

    Wara li aktar kmieni dalgħodu l-aġenżija Moody’s tat upgrade fir-rating lil Malta, fi tweet, il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat wera s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-fatt.

    Muscat żied jgħid li dan kien l-ewwel upgrade fi 11-il sena. Saħaq li mill-2013 ‘l hawn, l-aġenziji ta’ kreditu internazzjonali dejjem tejbu l-klassifikazzjoni tal-ekonomija Maltija.