“La jintilfu l-ħajjiet inutli ngħidu kemm kien twajjeb dak li jkun“... Appell biex tittieħed azzjoni

    Kultant tiskanta kif ikun hawn min jara kif se jivvinta l-periklu. “Ftit jiem inzertajna qegħdin in-naħa t’isfel tal-Belt u lanqas stajna nemmnu lil għajnejna". Hekk bdiet biex tilmenta magħna persuna li għadditilna dan r-ritratt. Hija spjegat li għal xi raġuni żewġ persuni dehru jitilgħu fuq il-breakwater tal-Belt Valletta. Imorru mhux fil-parti fejn hemm il-passaġġ għax dik magħluqa bi grada, imma jitilgħu fuq struttura tal-ħadid ta’ dan il-pont, liema struttura m’għandha l-ebda ilqugħ u għalhekk hemm riskju kbir li xi ħadd jaqa’ għal isfel. 

    DIn il-persuna saħqet tgħid li ħafna drabi sfortunatament dawn il-persuni ma jirrealizzawx li jkunu qegħdin fil-periklu u li meta jintilfu l-ħajjiet ikun tard wisq biex nibku lil dak li jkun u ngħidu kemm kien twajjeb.

    Mhux biss, inċidenti bħal dawn xejn ma joffru stampa sabiħa ta' pajjiżna u dan meta bi ftit infurzar jistgħu jiġu evitati dawn l-istess inċidenti.