Benjamin Netanyahu jaqbeż lil David Ben Gurion b’ġurnata fil-kariga ta' Prim Ministru tal-Iżrael

    Benjamin Netanyahu huwa uffiċjalment il-Prim Ministru li l-aktar li ilu jservi fil-kariga fl-Iżraeel wara li qabeż lil David Ben Gurion b’ġurnata.

    Netanyahu ilu jservi bħala mexxej għal 4,876 ġurnata u kien aktar kmieni din is-sena li ggarantixxa postu għall-ħames darba.

    Minkejja dan wara li ma rnexxielux jifforma l-gvern huwa kellu jsejjaħ elezzjonijiet ġodda. Mhux biss, fil-preżent huwa qiegħed jaffaċċja allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni u hemm min qiegħed jitlob għar-reżenja tiegħu.

    Netanyahu rebaħ l-ewwel elezzjoni tiegħu fl-1996 fejn inħatar bħala l-iżgħar Prim Ministru tal-pajjiż fl-età ta’ 46 sena.