Marcelo jixtieq jilgħab ma’ Neymar

    Id-difensur ta’ Real Madrid, Marcelo, qal li jkun ta’ uunur kbir li jilgħab ma’ Neymar.

    Neymar, li ilu biss sentejn ma’ Paris Saint-Germain, żvela li jixtieq iħalli l-Parc des Princes dan is-sajf u preferibbilment jingħaqad mal-eks klabb tiegħu, Barcelona.

    Madankollu, il-Los Blancos qed jikkunsidraw offerta għall-attakkant, xi ħaġa li tkun ta’ pjaċir kbirgħall-kompatrijott tiegħu Marcelo.

    "Li jkollok lil Neymar fit-team ta’ Real Madrid ikun ta’ pjaċir kbir għalija. Il-Madrilenijridu jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiffirmaw lill-aqwa player fid-dinja u l-passat tiegħu ma’ Barcelona mhux ser tkun problema," qal Marcelo.