Tigra maħruba tinstab tirrilassa f’dar residenzjali fl-Indja

    Tigra li kienet ħarbet minn żoo fl-Indja, wara li l-istat ta’ Assam kien intlaqat minn għargħar qawwi, instabet tirrilassa fuq sodda ta’ dar fil-qrib.

    Huwa mifhum li din it-ti­gra ħarbet mill-Park Nazzjonali ta’ Kaziranga, fejn sfortunatament 92 annimal huwa mifhum li tilfu ħajjit­hom kawża tal-għargħar qawwi. 

    Hekk kif instabet din it-tigra, esperti ta’ dan il-park marru f’din id-dar u ħolqu passaġġ sigur minfejn it-tigra setgħet toħroġ. Hija kienet iggwidata minn dawn l-esperti lejn il-ġungla.

    Skont Wildlife Trust of India (WTI), din it-tigra kienet intlemħet l-ewwel darba qrib highway nhar il-Ħamis li għadda filgħodu, madwar 200 metru bogħod mill-park imsemmi iktar kmieni. 

    Wisq probabbli din it-tigra ma ħassithiex komda f’din it-triq minħabba li hija traffikuża u perikoluża u għalhekk marret tfittex kenn f’dar li hemm qrib din il-highway.