L-MUT twissi lill-Gvern dwar riżenji f’diversi gradi

    L-Unjin tal-Għalliema (MUT) qed tilmenta li numru ta’ impjegati fl-iskejjel tal-Gvern u tal-Knisja li jagħtu servizzi ta’ għajnuna lill-istudenti qed jirriżenjaw bil-konsegwenza li hawn nuqqas tagħhom.

    L-impjegati jinkludu ‘counsellers’, ‘career advisors’, ‘youth workers’ u ‘resource workers’ bl-MUT tgħid li se tkun qed tieħu direttivi wara li 12-il xahar ta’ negozjati ma wasslu għall-ebda soluzzjoni.

    Hija iddikjarat tilwima industrijali mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u tat disa’ direttivi lil dawk li jaħdmu fl-għoti tas-servizzi lill-istudenti fosthom li ma jwieġbux ittri elettroniċi mill-‘management’ u ma jiltaqgħux miegħu, ma jweġbux telefonati u ma jeħdux każijiet ġodda.

    L-MUT ħabbret li d-direttivi fl-iskejjel tal-Gvern u dawk tal-Knisja se jidħlu fis-seħħ mit-Tnejn 22 ta’ Lulju.