Liverpool jistgħu jiffirmaw lil Bilel Hassaini mingħand Nancy

    Teżisti possibbiltá li Liverpool jiffirmaw lill-midfielder ta’ AS Nancy, Bilel Hassaini li ġibed l-interess ta’ bosta klabbs wara li mpressjona fil-wirjiet tiegħu.

    Arsenal huma fost il-klabbs li jinsabu interessati f’dan il-player ta’ 18-il sena filwaqt li kien ukoll assoċjat ma’ Paris St Germain li kienu lesti li jħallsu €334,000 għal dan iż-żagħżugħ.

    Jidher li dan il-player internazzjonali Franċiż ta’ Taħt il-21 sena ma laħaqx ftehim biex jiġġedded il-kuntratt. Dan minbarra wkoll li huwa jixtieq jingħaqad ma’ Liverpool.