Waterpolo: San Ġiljan megħluba minn Sirens

    Ritratt: Christine Borg

    Kampjonat Premier

    Sirens............................ 9

    San Ġiljan...................... 8

    (2-3, 3-3, 3-0, 1-2)

    Sirens komplew jikkon­vinċu  fil-logħbiet tagħhom biex din id-darba għelbu lil San Ġiljan bl-iskor ta' 9-8.

    San Ġiljan ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta' 3-2 b' Molina (2) u Dobud minn sitwazzjoni ta' man-up wara li tkeċċa Riolo, jiskorjaw għalihom.

    Valentino Gallo (2) bl-ewwel goal għalih jasal minn penalty sab x-xibka għat-team minn San Pawl il-Baħar.

    Fit-tieni sessjoni, il-partita kompliet issir aktar emoz­zjonanti u eċċitanti fejn  intemmet fi draw ta' 3-3, b'Matthew Zammit, Dino Zammit u Molina minn penalty isibu x-xibka għall-Ġiljaniżi.

    Min-naħa l-oħra, Brownrigg, Gallo u Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Dino Zammit skorjaw għat-team immexxi mill-coach Sasko Popovski.

    Sirens dehru ttasformati fit-tielet sessjoni u skorjaw tliet goals mingħajr risposta biex qalbu l-iskor favur tagħhom fejn  Edward Aquilina, Isaiah Riolo u Valentino Gallo kien l-protagonisti.

    San Ġiljan  rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta' 2-1 iżda xorta waħda dan ma kienx biżżejjed għalihom biex almenu jiskbu draw.

    Il-goals għalihom waslu minn Guillermo Molina li skorja doppjetta filwaqt li Valentino Gallo wieġeb għal Sirens.

    Sirens: 1-Nicky Grixti, 2-Jerome Zerafa Gregory, 3-Christian Presciutti, 4-Paul Privitera, 5-Marc Grech, 6-John Brownrigg (1), 7-Isaiah Riolo (1), 8-Valentino Gallo (5), 9-John Napier, 10-Edward Aquilina (2), 11-Luke Caruana, 12-Matthew Sciberras, 13-Owen Gauci - Coach: Sasko Popovski

    San Ġiljan: 1-Jake Tanti, 2-Ben Grech, 3-Andreas Galea, 4-Niksa Dobud (1), 5-Guillermo Molina (5), 6-Matthew Zammit (1), 7-Ben Plumpton, 8-Kai Dowling, 9-Tristan Said, 10-Darren Zammit, 11-Paul Fava, 12-Dino Zammit (1), 13-Thomas Micallef - Coach: Marko Orlovic

    Referees: Massimo Angileri, Stefano Alfi