Lucas Vazquez u Keylor Navas fil-mira ta’ Arsenal

    Arsenal qed iħejju offerta ta’ €60 miljun għall-players ta’ Real Madrid, Lucas Vazquez u Keylor Navas.

    Il-manager tal-Gunners, Unai Emery, jinsab fis-suq għalattakkant dimaniku wara li kellhom offerta ta’ €45 miljungħal Wilfried Zaha rifjutata mingħand Crystal Palace.

    Il-Gunners huma nteressti li jiffirmaw lil Vazquez kif ukoll lil Navas għal €60 miljun, b’Emery konvint li l-klabb jista’ jiffirma player wieħed mingħand il-Madrileni.

    Navas, li tilef postu mal-wasla ta’ Thibaut Courtois l-istaġun li għadda, jista’ jkun disponibbli għal €20 miljun, filwaqt li Vazquez għandu klawsola ta’ €40 miljun biex jinħall mill-kuntratt.