Operazzjoni anti-terroristika fl-Italja twassal għall-qabda ta' armi tal-gwerra fosthom missila

    F’operazzjoni antiterroristika fit-Tramuntana tal-Italja kontra għaqdiet neo-faxxisti ġew sekwestrati għadd kbir ta’ armi, fosthom armi tan-nar awtomatiċi u saħansitra anke missili għal kontra l-ajruplani li normalment tintuża mill-qawwiet militari tal-Qatar. L-awtoritajiet qalu li l-missila ma kinitx armata.

    L-awtoritajiet Taljana qalu li b’rabta ma’ din l-operazzjoni arrestaw numru ta’ persuni.

    L-operazzjoni kienet ikkordinata minn prosekuturi tal-belt ta’ Turin u żvolġiet f’erba’ provinċji Taljani, fosthom Varese u Pavia.