Martin Hinteregger fir-radar ta’ Lazio

    Lazio jinsabu interessati li jiksbu l-firma ta’ Martin Hinteregger. Dan huwa difensur Awstrijak ta’ 27 sena li jinsab fil-kotba ta’ Augsburg għalkemm fl-istaġun li għadda kien qed jilgħab b’self ma’ Eintracht Frankfurt.

    Anke Crystal Palace ikkuntattjaw lill-aġent tal-player u qed joffru €15-il miljun għalih. Minkejja kollox jidher li Hinteregger huwa iktar interessat li jilgħab fis-Serie A Taljana.

    Sadanittant Hinteregger jaf ikun sostitut denju ta’ Stefan Radu li mistenni jitlaq lill-Biancocelesti wara 11-il sena.

    Fil-passat Hiteregger lagħab ukoll ma’ Red Bull Salzburg u Borussia Monchengladbach.