Kontinwità u tiġdid fl-iskeda ta' ONE u ONE Radio

    Fi ftit tal-jiem oħra, ONE u ONE Radio se jkunu qed jippreżentaw lit-telespettaturi u lis-semmiegha tagħhom skedi b’saħħithom, b’taħlita ta’ programmi li se jzommuhom kumpanija matul l-istaġun tas-sajf. Dawn l-iskedi huma bbażati fuq il-gosti tal-familja kollha u jvarjaw minn programmi ta’ spettaklu u divertiment, ta’ ġrajjiet kurrenti, sportivi, kulturali u mużika. Dan intqal fi stqarrija tal-kumpanija.

    ONE Radio fl-iskeda tas-sajf se jilqa’ lura preżentaturi stabiliti flimkien ma oħrajn ġodda fi skeda ġdida għas-sajf li se tkun il-bidu għal tiġdid fl-iskedi ta’ ONE Radio matul ix-xhur li ġejjin. Din l-iskeda se tkun tfisser bidu ta’ tiġdid fi tfassil ta’ programmi ġodda f’forom differenti bi preżentaturi stabiliti u oħrajn li se jkunu qed jirritornaw ma’ ONE Radio.

    Il-kantant u preżentatur Tony Camilleri flimkien mal-preżentatriċi popolari tat-televiżjoni Pauline Agius se jipprezentaw program mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn il-11:00 u s-13:00. Programm b’differenza mimli mużika, divertiment spontanju, u kumpanija mas-semmiegħa permezz tal-karattri simpatiċi tagħhom.

    L-GĦAJTA TAL-PAGUN hija produzzjoni u preżentazzjoni tal-komiċi Daniel Chircop u Chrysander Agius. F’din is-sensiela ta’ programmi stennew minn kollox, mit-Tnejn sal-Ġimgħa fid-09:00.

    Joe Tanti jissokta kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa billi jibda l-jum f’burdata tajba lis-semmiegha ta’ ONE bejn is-06:00 u d-09:00. Kuljum fit-15:30 DRIVE TIME ma' Louis Vella u fil-17:00, mit-Tnejn sal-Ġimgħa wkoll segwu RUSH HOUR flimkien ma' Alex Grech, Clifford Galea, Roderick Azzopardi, Ray Vella u Renato Vella.

    Kuljum se jkun hemm ukoll il-program IN D ZONE, preżentat minn Aaron Benjamin, fejn it-Tlieta u l-Ħamis flimkien ma Aaron tingħaqad Trudy Kerr.

    Il-weekend tal-muzika fuq ONE jinkludi lil Joseph Armani bil-programm THE EUROPEAN DANCEFLOOR SHOW kull nhar ta’ Ġimgħa fl-22:00, segwit mill-programm ġdid VITAL GROOVES, ippreżentat minn DJ RUBY fil-23:00, kif ukoll mill-programm MY HOUSE by Adee.

    Il-programm CLINT ON ONE ikompli is-Sibt fil-11:00 ta’ filgħodu. Is-Sibt ukoll fis-18:00, ONE PARTY ZONE ma’ Renato Vella u Ray Grech u fit-20:00 ONE CLUBBING ma’ Kenneth Catania u Elton Gatt.

    Il-Ħadd fis-18:00, ITALO SUPER HITS, programm ta’ mużika Taljana biss ma Carmel D’Amato u fis-19:30 SUNDAY ONE bi prezentazzjoni ta’ Bernard Lynch.

    Il-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ONE Radio fl-iskeda tas-Sajf jixxandru mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00. Is-Sibt fl-10:00, SIBT IL-PUNT u l-analizi tal-ġurnali kull nhar ta’ Ħadd fid-09:00.

    Programmi fuq ONE

    Fost il-programmi ġodda fuq ONE fl-iskeda tas-sajf hemm INDIGO, programm live mit-Tnejn sal-Ġimgħa li jixxandar bejn 17:45 u s-19:15, ippreżentat minn ħames personalitajiet femminili li individwalment se ikunu qed jipproduċu u jippreżentaw din is-sensiela. Kuljum ukoll, mit-Tnejn sal-Ġimgħa se jkun il-programm KELMA BEJN TNEJN, fejn Wayne Aquilina se jkun qed jitkellem ma’ personalità kuljum.

    FISH ON it-Tlieta 20:45, ghal dawk kollha li għandhom ghal qalbhom is-sajd u l-attività kollha tal-baħar. Tkompli wkoll is-sensiela MAD-DAQQA T’GĦAJN kull nhar ta’ Ġimgħa fid-20:45.

    Kull nhar ta’ Erbgha fit-20:45, Joe u Veronika Farrugia joħolqu tbissima b’sensiela ġdida IL-KOMICI, filwaqt COUNTRY JAMBOREE jirritorna kull nhar ta’ Erbgha fl-21:45.

    Il-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti fuq ONE għas-Sajf huma; ISSUES, kull nhar ta’ Tlieta fid-21:30 bi preżentazzjoni ta’ Antoinette Falzon u #ERGO bi preżentazzjoni ta’ Aleander Balzan kull nhar ta’ Ħamis fi-20:45. Manuel Micallef jirritorna b’analiżi tal-ġurnali kull nhar ta’ Ħadd fid-09:00.

    Għal dan is-Sajf ukoll, ONE flimkien ma Studio Seven se jkunu qed itellgħu għall-ewwel darba l-konkors ta’ MISS MALTA, b’dehra ġdida fuq sensiela ta’ 12 il-programm li se jdur ma’ bosta mill-lokalitajiet f’Malta u f’Ghawdex.

    L-iskeda tas-sajf ukoll ħasbet għal għaxar programmi ta’ festi ewlenin, fejn f’xandira diretta se jkunu qed inwasslu tmin festi minn Malta u tnejn minn żewġ lokalitajiet differenti Għawdxin.

    ONE mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-14:45, se jxandar mill-ġdid id-drama kollha ta’ matul l-aħħar disa' xhur. IL-KLIKKA, PRIMA FACIE u s-sitcom KLASSI GĦALINA. Programmi oħra dan is-sajf fuq ONE, jinkludu KBAR U ŻGĦAR, ŻONA SPORT SAJF, 10Q, SHERIFF’S GRILL, u TRAFFIC.