Chris Coleman imkeċċi minn Hebei China

    L-ex manager ta’ Wales, Chris Coleman, ġie mkeċċi mill-club Ċiniż, Hebei China Fortune, 11-il xahar wara li ngħaqad magħhom. Dan wara li huma jinsabu qabel tal-aħħar fiċ-Chinese Super League b’rebħa waħda f’disa’ logħbiet.

    Wara t-telfa 3-2 tas-Sibt kontra t-team f’nofs il-klassifika, Henan Jianye, il-partitarji frustrati ħarġu banner bil-kliem “Hello Mr Coleman, jekk jogħġbok mur id-dar! Inti mkeċċi!!!” u fl-istess waħda iżda bi kliem biċ-Ċiniż: “Coleman, ommok tridek id-dar għall-ikel.”