[FILMAT] Is-Surġent Simon Schembri jerġa' jsuq mutur għall-ewwel darba wara l-inċident kważi fatali ta' sena ilu

    F’filmat li ttella’ fuq il-paġna soċjali “Simon Schembri Blue Light Foundation”, is-Surġent Simon Schembri jidher isuq mutur għall-ewwel darba sena wara l-inċident li kważi swielu ħajtu wara li safa mtajjar u mkaxkar għal tul konsiderevoli minn Liam Debono, dwar liema każ għaddejjin proċeduri fil-Qorti.

    Il-mutur ingħata lbieraħ bħala rigal lis-Surġent Schembri f’ċerimonja li timmarka l-inċident ikrah tas-sena li għaddiet, bis-Surġent Schembri jirreferi għal dan l-inċident bħala bidu ġdid għalih.