Il-MATSEC tinvestiga storbju waqt eżami

    Il-każ fejn studenti li kienu qed jagħmlu eżami tal-Malti fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School tan-Naxxar ilmentaw minn storbju li kien ġej minn party viċin qed jiġi investigat mill-MATSEC.

    Kienet l-istess MATSEC li ħabret dan f'reazjoni għall-aħbar li ħarġet ftit tal-jiem ilu fejn l-istudenti spiċċaw għamlu eżami qalb mużika li ndaqqet fil-viċinanzi b'volum għoli.

    B'kollox kienu 5,407 l-istudenti li kienu qed jagħmlu l-eżami tal-Malti bil-MATSEC tgħid li tinsab f'kuntatt mal-awtoritajiet biex dan il-każ ma jirrepetix ruħu.