Żewġ ajruplani tal-baħar tal-istess cruise ship involuti f’inċident fatali

    Żewġ ajruplani tal-baħar li kienu qegħdin iġorru turisti mill-istess cruise ship, ħabtu fil-Lbiċ tal-Alaska fejn sfortunatament erba’ persuni tilfu ħajjithom u tnejn oħra jinsabu rrapportati nieq­sa. Wieħed mill-ajruplani kien qiegħed iġorr 11-il persuna waqt li l-ieħor kien qiegħed iġorr ħamsa. Jidher li dawn ħabtu qrib Ketchikan. Għaxar persuni ħelsuha ħafif f’dan l-inċident u ttieħdu immedjatament l-is­ptar. 

    Matul il-ġurnata tal-bieraħ, fuq il-post marru investigaturi min-National Transportation Safety Board (NT­SB). Dawn l-ajruplani kienu t-tnejn tal-istess cruise ship Royal Princess li kien fi triqtu mill-belt Kanadiża ta’ Vancouver lejn il-belt ta’ Alaska, Anchorage. Dan l-inċident seħħ qrib żona turistika li tagħmel eskursjonijiet lejn il-Misty Fjords National Mounument.