Vincenzo Potenza maħtur coach ġdid ta' Floriana

    Il-coach Taljan, Vincenzo Potenza,ġie maħtur uffiċjalment il-coach ġdid ta' Floriana FC. B'hekk huwa se jkun qed jieħu post il-coach, Guido Ugolotti, li ftit li xejn irnexxielu jiskeb riżultati pożittivi fit-tmun tal-Greens.

    Dan il-coach wera x'isarraf meta matul l-istaġun li għadu kif intemm irnexxielu jagħmel miraklu sportiv meta għen lil Senglea Athletic iżommu posthom fil-Kampjonat Premier għal staġun ieħor.

    Ta' nota huwa l-fatt li huwa jinsab ukoll nominat bħala fianlist mill-MFA għall-unur prestiġjuż ta' Coach tas-Sena flimkien maż-żewġ coaches kompatrijotti Taljani - Stefano Sanderra ta' Hibernians u Giovanni Tedesco ta' Hamrun Spartans.