Juventus iħarsu lejn l-akkwist potenzjali ta' Ferland Mendy

    Hekk kif Juventus qed jevalwaw il-progress ta’ Tanguy Ndombele, dan mhux l-uniku player ta’ Olympique Lyon li qed jiġi segwit miċ-champions Taljani. Fil-fatt id-diriġenti Bianconeri qed iħarsu lejn akkwist potenzjali u dan jista’ jkun id-difensur ta’ 21 sena Ferland Mendy. Dan il-plejer għandu karatteristiċi li jogħġbu ferm lill-coach Massimiliano Allegri u peress li Juventus qed ifittxu xi difensuri, dan jaf ikun il-player għalihom.

    Mendy huwa Franċiż li jilgħab man-naħa xellugija tal-grawnd u ilu ma’ Lyon sa mis-sena 2017 fejn lagħab 49 partita u skorja żewġ goals.

    Il-coach tat-team nazzjonali Franċiż Didier Deschamps għajjatlu għall-partiti li kellu kontra l-Olanda u l-Urugwaj u kellu ċ-ċans jiddebutta bil-flokk ta’ pajjiżu fid-90 minuta tal-logħba kontra l-istess tim Sud-Amerikan.

    Hu sofra injury matul l-istaġun li għadda li żammitu barra mil-logħob għal ħafna xhur.