Atletico Madrid jippreparaw għas-sostitut ta' Griezmann

    Atletico Madrid qed jippreparaw sabiex iġibu s-sostitut ta’ Antoine Griezmann li bi probabbilta’ kbira ser jingħaqad ma’ Barcelona. Qed jissemmew Paulo Dybala ta’ Juventus u Mauro Icardi ta’ Inter bħala dawk li jistgħu jieħdu post l-attakkant Franċiż.

    Griezmann la ċaħad u lanqas ikkonferma dawn l-ispekulazzjonijiet u l-unika ħaġa li qal hu li jrid jispiċċa l-kampjonat qabel ma’ jitkellem.

    Griezmann ilu ma’ Atletico Madrid sa mis-sena 2014 fejn lagħab 175 partita u skorja xejn inqas minn 94 goal. Fil-passat hu kien jilgħab ukoll ma’ Real Sociedad.

    Il-player ta’ 28 sena għadu kemm rebaħ it-tazza tad-dinja mat-team nazzjonali Franċiż.