Jaqta' parti minn saqajh b'sikkina u jitkaxkar għall-għajnuna wara li nqabad f'makkinarju

    Bidwi minn Nebraska tkellem dwar episodju ikrah li ma setax jevita jekk ried li jibqa’ ħaj.

    Kurt Kaser ta’ 63 sena kien qiegħed jittrasferixxi żrieragħ minn silo għall-ieħor meta safa miġbud minn parti mill-makkinarju. Il-bidwi kien qiegħed jaħdem waħdu f’għelieqi kbar meta 19 ta’ April li għadda meta seħħ l-inċident.

    Huwa kellu jaqta’ l-parti t’isfel ta’ saqajh b’sikkina żgħira ta’ madwar 7.6 ċentimetru u jitkaxkar biex isib mezz ta’ kif iċempel lil ibnu għall-għajnuna. 

    L-anzjan kellu jagħmel ġranet sħaħ fi sptar sakemm għamel rijabilitazzjoni u jinsab għaddej b’determinazzjoni biex ipatti għal dan l-inċident.

    Huwa temm jgħid ma' ABC News li ftit xhur qabel kienet inqaletlu parti mill-protezzjoni tal-makkinarju u ddispjaċih li ma kienx sab ħin biex isewwiha.