STĦARRIĠ ONLINE: Maġġoranza sodisfatta

    55.29% tal-persuni li pparteċipaw fi stħarriġġ ‘online’ li għamilna fl-aħħar ġimgħa qalu li huma sodisfatti bil-ħidma tal-gvern sa issa. Fil-fatt kienu 1,773 persuna li għamlu din l-għażla. 769 (23.98%), qalu li stennew aħjar, filwaqt li 655 (20.74%), qalu li huma diżappuntanti bit-tmexxija ta’ gvern ġdid. B'hekk kien 3,197 it-total ta' persuni li ħadu sehem.

    Dan mhuwiex stħarriġ xjentifiku u jirrifletti biss l-opinjoni tal-qarreja ta’ inewsmalta.com.