INTERVISTA: Mhux qed nibżgħu nieħdu d-deċiżjonijiet

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna - f'intervista ma' Aleander Balzan - li jekk hemm xi ħaġa li tikaraterizza l-ewwel mitt jum ta’ tmexxija ta’ Gvern Ġdid huwa l-fatt li l-gvern mhux jibża’ jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. “Kemm dawk li jidhru u kemm dawk li ma jidhrux,” sostna Muscat.

    Mistoqsi dwar kemm jagħti importanza l-ewwel mitt jum tal-gvern, il-Prim Ministru wieġeb: “Interessat iktar fil-ħames snin li ġejjien… ferm iktar eċċitat dwar il-prospetti li hemm.”

    F’din l-intervista li qegħdin inxandru fl-okkażjoni tal-ewwel mitt jum ta’ Gvern Ġdid, il-Prim Ministru jwieġeb dwar il-ħatriet fil-bordijiet, l-enerġija, is-saħħa, l-għażla li juża l-karozza tiegħu, l-amnestija lill-ħabsin u anke dwar il-Kodiċi tal-Etika.

    Filwaqt li jfiehem u jispjega l-isfidi li sab il-gvern tiegħu, Muscat jagħmilha ċara: “In-nies ma vvotawlniex biex noqogħdu neqirdu. Lil Ministri għidtilhom, toqogħdux tilagħbuha tal-vittma. “

    AGĦFAS HAWN GĦAL IKTAR DWAR L-EWWEL MITT JUM TA' GVERN ĠDID

    Ritratt: Ray Attard - Filmat: Jason Caruana