Titbaxxa r-riserva tad-demm... jeħtieġ li tirkupra kemm jista' jkun malajr

    Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm javża li għal diversi raġunijiet ir-riserva tad-demm tbaxxiet u jinħtieġ li tirkupra kemm jista’ jkun malajr, possibbilment illum stess!

     

    Intant, Is-Servizz ifakkar li llum il-Ħadd għadd ġmielu ta' pazjenti b’mard kroniku, inkluż dak tal-kanċer jidħlu l-isptar għal jum wieħed biss biex jieħdu ammont sostanzjali ta' demm, u fil-jiem li ġejjin ikunu jifilħu għal ċiklu ieħor ta' kimoterapija.

     

    Is-Servizz jixtieq ifakkar ukoll li għada t-Tnejn tibda ġimgħa oħra intensiva ta' operazzjonijiet skedati. Għaldaqstant importanti li riserva tad-demm tkun tajba, ir-rittmu qawwi ta’ operazzjonijiet jibqa’ għaddej, u għal darba oħra l-pazjenti jduqu l-ġenerożità tal-poplu Malti.

     

    F’dan il-mumenti ta’ sejħa, il-koperazzjoni ta' kull min jista' jagħti demm hi ferm apprezzata mis-Servizziżda l-iktar minn dawk il-pazjenti li qed jistennew trasfużjoni tad-demm. 

    Illum l-għoti tad-demm jista’ jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa sas-6.00 p.m.

    Dawk li huma mill-akwati ta’ Raħal Ġdid minn issa sas-1:00pm jistgħu jagħtu d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li bħalissa jinsab fin-naħa ta’ fuq ta’ Pjazza Antoine De Paule, Ir-Raħal Ġdid.

     

    Bħal dejjem importanti li tiġi ippreżentata l-karta tal-identità, liċenzja tas-sewqan, jew passaport Malti.