Virgil van Dijk jirbaħ l-unur tal-Player tas-Sena fl-Ingilterra

    Id-difensur internazzjonali Olandiż ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, għeleb lill-attakkant internazzjonali Ingliż ta’ Manchester City, Raheem Sterling, għall-unur tal-Player tas-Sean fl-Ingilterra.

    Dan l-unur huwa organizzat mill-Assoċjazzjoni tal-Players Professjonali tal-Premier League.

    Id-difensur ċentrali ta’ Liverpool mistenni li jitħabbar bħala r-rebbieħ ta’ dan l-unur, nhar il-Ħamis.

    Filwaqt li kienet ħasra li Sterling spiċċa fit-tieni post, Van Dijk kien jistħoqqlu li jirbaħ dan l-unur minħabba li mpressjona għar-Reds u kien strumentali biex Liverpool jinsabu f’taqtiegħa ma’ Manchester City għar-rebħ tat-titlu.

    Fil-kampjonat, Liverpool tilfu partita waħda biss u b’Virgil van Dijk fil-qalba tad-difiża sofrew 20 goals biss.